Is-servizzi tad-difiża jiżguraw li d-drittijiet ta’ kull min ikun qed jirċievi jew ifttex servizzi tal-kura tal-anzjani jkunu issapportjati. Huma jagħmluha wkoll iktar faċli biex tagħmel deċiżjonijiet dwar il-kura.
Difensur huwa persuna imparzjali li jista’ jgħinek tifhem u tiddefendi d-drittijiet tiegħek fis-sistema tal-kura tal-anzjani. Dan jinkludi li jagħmel ċert li jkollok sehem fid-deċiżjonijiet li jaffetwawk, jipprovdilek għażliet biex issib il-ħtiġijiet tiegħek fil-kura tal-anzjani u jgħinek issolvi l-ilmenti u t-tħassib.
Difensur joqgħod ħdejk, jaħdem għalik u skont id-direzzjoni tiegħek biex jirrappreżenta x-xewqat tiegħek. Dawn dejjem jitolbu l-permess tiegħek qabel ma jieħdu xi azzjoni jew jitkellmu għalik.
Servizzi ta’ difiża
Is-servizzi tad-difiża jissapportjaw id-drittijiet ta’ kull min ikun qed jirċievi jew ifittex li jirċievi servizzi tal-kura tal-anzjani u jagħmlu kapaċi lil nies anzjani li jagħmlu deċiżjonijiet infurmati dwar il-kura tagħhom.
In-National Aged Care Advocacy Program (NACAP) tal-Gvern Awstraljan jipprovdi sapport tad-difiża bla ħlas, kunfidenzjali u indipendenti lin-nies anzjani li jkunu qed jirċievu servizzi tal-kura tal-anzjani iffinanzjati mill-gvern jew qed ifittxu aċċess għalihom, lill-familji u r-rappreżentanti tagħhom madwar l-Awstralja. In-NACAP jitwassal mill-Older Persons Advocacy Network (OPAN) b’lokalitajiet f’kull stat u territorju.
X’jista’ jagħmel difensur?
Difensur fil-kura tal-anzjani jista’ jgħinek b’affarijiet, inklużi:
- jaġixxi mas-sistema tal-kura tal-anzjani
- it-transizzjoni bejn is-servizzi tal-kura tal-anzjani
- li tkun taf u tifhem id-drittijiet tiegħek
- tagħmel deċiżjonijiet dwar il-kura li tirċievi
- b’għażliet biex jintlaħqu aħjar il-ħtigijiet tiegħek tal-kura tal-anzjani
- fis-soluzzjoni tal-ilmenti jew it-tħassib mal-provditur tiegħek tal-kura tal-anzjani dwar is-servizzi li tirċievi
- billi jitkellem mal-provditur tas-servizz tiegħek skont id-direzzjoni tiegħek
- billi jżiedlek il-kapaċitajiet u l-għarfien biex titkellem għalik inniffsek.
Min jista’ jkollu aċċess għas-servizzi tad-difiża?
Kull min ikun jirċievi jew ifittex is-servizzi tal- kura tal-anzjani iffinanzjati mill-gvern, inklużi l-familja u r-rappreżentanti, huma intitolati għall-aċċess tas-servizzi tad-difiża. Dan jinkludi n-nies li:
- qed jgħixu f’dar għall-kura tal-anzjani
- qed jirċievu servizzi tal-kura tal-anzjani fid-dar tagħhom
- qed jirċievu kura transitorja
- qed jgħinu lil xi ħadd li jkun qed jirċievi servizzi tal-kura tal anzjani.
Aċċess għas-servizzi tad-difiża
Biex tkun taf iktar dwar is-servizzi tad-difiża u kif ikollok aċċess għalihom, żur il-websajt tal-OPAN f’www.opan.com.au jew ċempel 1800 700 600.
Jekk għandek xi diżabilità tista’ wkoll issib lil xi ħadd biex jgħinek permezz tan-National Disability Advocacy Program (NDAP) f’www.dss.gov.au
Servizzi ta’ komunikazzjoni
It-Translating and Interpreting Service (TIS) huwa disponibbli jekk tinħtieġ l-għajnuna jew trid tikkomunika b’lingwa li mhix l-Ingliż.
TIS ikopri iktar minn 160 lingwa u huwa disponibbli 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa bi ħlas ta’ telefonata lokali. TIS isibulek interpretu biex jgħinek titkellem ma’ OPAN.
- Ċempel lit-TIS Nazzjonali fuq 131 450
- Għid lill-operatur il-lingwa li titkellem
- Itlob lill-interpretu biex iċempel lill-OPAN fuq 1800 700 600 mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn 8am u 8pm.
Tista’ wkoll tikkuntattja direttament lill-OPAN fuq 1800 700 600 u titlobhom jirranġawlek għal interpretu. OPAN jikkuntattjaw lit-TIS biex iqabbdu interpretu. Jista’ jkollok tistenna fuq il-linja għall-interpretu jew OPAN jista’ jkollhom iċemplulek lura meta jkun hemm interpretu disponibbli.