Jekk titkellem b’lingwa li mhijiex l-Ingliż jew tinħtieġ sapport, aħna nistgħu ngħinuk issib l-informazzjoni dwar il-kura tal-anzjani li tinħtieġ.
Il-lingwa tiegħek
Servizz tat-Traduzzjoni u l-Interpretar (TIS Nazzjonali)
In-nies li għandhom diffikultà biex jitkellmu bl-Ingliż jew jifhmuh jistgħu jikkunttjaw lill-My Aged Care permezz tas-Servizz tat Traduzzjoni u l-Interpretar (TIS Nazzjonali) f’www.tisnational.gov.au bi ħlas ta’ telefonata lokali:
- Ċempel lit-TIS Nazzjonali fuq 131 450
- Għid lill-operatur b’liema lingwa titkellem
- Itlob lill-interpretu biex iċempel lill-My Aged Care fuq 1800 200 422. Jista’ jkollok tistenna għall-interpretu fuq il-linja jew l-operatur ikun jinħtieġ iċempillek lura meta xi interpretu jkun disponobbli.
Meta tkun qed titkellem mal-interpretu, dan iċempel lill-My Aged Care għalik u jinterpreta l-konversazzjoni tiegħek.
Tista’ wkoll iżżur in-National Accreditation Authority for Translators and Interpreters (NAATI) f’www.naati.com.au għal aktar servizzi ta’ traduzzjoni u interpretar.
Fuljetti b’tagħrif dwar il-kura tal-anzjani
Tista’ ssib ukoll fuljetti b’tagħrif dwar il-kura tal-anzjani fi 22 lingwa fil-websajt ta’ My Aged Care f’www.myagedcare.gov.au, inklużi:
Arabic / عربي
Hrvatski / Croatian
Nederlands / Dutch
Deutsch / German
Ελληνικά / Greek
हिन्दी / Hindi
Magyar / Hungarian
Italiano / Italian
한국어 / Korean
Македонско / Macedonian
Malti / Maltese
Polski / Polish
Русский / Russian
Српски / Serbian
普通话 / Simplified Chinese (Mandarin)
Español / Spanish
廣 東 話 / Traditional Chinese (Cantonese)
Tiếng Việt / Vietnamese
Arrernte, Pitjantjatjara, Torres Strait
Creole (Yumplatok) and Warlpiri
Sapport għan-nuqqas ta’ smigħ u viżjoni
Aħna nipprovdu informazzjoni li hija aċċessibli għal nies b’nuqqas ta’ smigħ u viżjoni.
- My Aged Care hija websajt aċċessibli li tista’ tissapportja lil ħafna minn dawk li jużawha
- Ħabib/a jew membru tal-familja jista’/tista’ jitkellem/titkellem ma’ My Aged Care għalik billi jkun/tkun ir-rappreżentant/a tiegħek
- Jekk inti trux jew għandek difett fis –smigħ jew kif titkellem tista’ tikkuntattja My Aged Care permezz tan-National Relay Service
- Jekk għandek difett fil-vista tista’ tikseb informazzjoni permezz tal-istaff taċ-ċentru tal-kuntatti ta’ My Aged Care u l-assessuri ta’ My Aged Care. Tista’ wkoll titlob informazzjoni b’tipi kbar jew braille billi tikkuntattja My Aged Care.
Servizz Nazzjonali ta’ Kollegament
In-nies b’difett fis-smigħ jew fil-kliem jistgħu jikkuntattjaw My Aged Care permezz tan-National Relay Service fi tlitt passi faċli:
- Żur il-websajt tan-National Relay Service f’www.communications.gov.au/what-we-do/phone/services-people-disability/accesshub/national-relay-service
- Agħżel il-punt tal-aċċess preferut tiegħek fl-NRS
- Agħti lill-My Aged Care n-numru tat-telefown – 1800 200 422
Jekk għandek difett fil-vista tista’ tikseb informazzjoni permezz ta’ My Aged Care u l-assessuri ta’ My Aged Care. Tista’ wkoll titlob informazzjoni b’tipi kbar jew braille billi tikkuntattja My Aged Care