L-ewwel pass biex ikollok aċċess għas-servizzi tal-kura tal-anzjani iffinanzjati mill-gvern huwa li ċċempel lil My Aged Care fuq 1800 200 422.
L-istaff taċ-ċentru tal-kuntatti tagħna jitkellmu miegħek dwar il-ħtiġijiet u ċ-ċirkustanzi tiegħek. Jekk naħsbu li s-servizzi ta’ My Aged Care jistgħu jgħinu nirreferuk għal assessar wiċċ imb’wiċċ
L-istaff kollha tagħna huma mħarrġin biex jitkellmu ma’ nies f’firxa ta’ sitwazzjonijiet u huma lesti biex iwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek biex jgħinu ħalli jinstabu l-aħjar għażliet għalik.
X’għandi bżonn għat-telefonata?
Ara li jkollok il kard tal-Medicare lesta biex tagħmilha iktar faċli għalina biex niddiskutu l-ħtiġijiet tiegħek. It-telefonata tieħu talanqas 10 minuti għalhekk, ħu ħsieb li jkollok ftit tal-ħin liberu.
X’jiġri fit-telefonata?
Il-prijorità tagħna hija li nsibulek l-għajnuna li tinħtieġ. Biex nagħmlu dan , aħna nsaqsuk dwar:
- saħħtek
- kif qed timmaniġġa fid-dar
- x’sapport tkun qed tirċievi fil-preżent.
It-tweġibiet tiegħek jgħinuna nifhmu l-ħtiġijiet tiegħek u inti tista’ tkun riferut/a għal assessar wiċċ imb’wiċċ.
Nistgħu nżommu rekord ta’ din id-diskussjoni biex inti ma jkollokx għalfejn terga’ tagħti l-istess informazzjoni fl-assessar tiegħek.
Min jista’ jissapportjani?
Membru tal-familja, ħabib/a jew min jieħu ħsiebek jistgħu jkunu miegħek waqt it-telefonata. Bil-permess tiegħek jistgħu wkoll jitkellmu għalik.
Jekk trid li xi ħadd jitkellem u jaġixxi f’ismek fuq bażi kontinwa tista’ taħtru/taħtarha bħala rappreżentant/a tiegħek mal-My Aged Care. Dan jippermetti lill-My Aged Care li jitkellmu magħhom dwar il-kura tal-anzjani tiegħek.
Servizzi tad-difiża
Inti tista’ tikseb l-għajnuna ta’ difensur permezz tal-Older Persons Advocacy Network (OPAN). Bil-kunsens tiegħek difensur ikun jista’ wkoll jitkellem ma’ My Aged Care għalik.
X’jiġri wara li inċempel?
Bl-informazzjoni li tagħtina aħna ngħarrfuk jekk tkunx eliġibbli għal assessar wiċċ imb’wiċċ. Assessar wiċċ imb’wiċċ jista’ jiddetermina eżattament xi tkun tinħtieġ.
Jekk ikollok ħtiġijiet immedjati nistgħu nirreferuk għas-servizzi direttament qabel ma jsirlek l-assessar.
Servizzi ta’ komunikazzjoni
It-Translating and Interpreting Service (TIS) huwa disponibbli jekk tinħtieġ l-għajnuna jew trid tikkomunika b’lingwa li mhix l-Ingliż.
Għal tagħrif ieħor ikkuntattja l-My Aged Care fuq 1800 200 422 (bejn 8am u 8pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa jew bejn l-10am u 2pm is-Sibtijiet). Aħna naħsbu għal interpretu biex jgħinna inwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek.
Tista’ ċċempel ukoll lit-TIS fuq 131 450. TIS ikopri iktar minn 160 lingwa u huwa disponibbli 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa bi ħlas ta’ telefonata lokali.
TIS jirranġa ma’ interpretu biex jgħinek titkellem mal- My Aged Care.