Kemm tħallas għas-sapport tal-kura tal-anzjani jiddependi mit-tip tal-għajnuna li tinħtieġ, mill-provditur li tagħżel, mis-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek u s-servizzi li tirċievi. It-tipi ta’ tariffi u spejjes li jista’ jkollok tħallas jiddependu mit-tip ta’ kura li tkun assessjat/a bħala eliġibbli għaliha, bħal:
Commonwealth Home Support Programme
Jekk tkun kapaċi timmaniġġa iżda tinħtieġ sapport f’xi ftit attivitajiet, inti tista’ tkun eliġibbli għal servizzi ta’ sapport sussidjati permezz tal-Commonwealth Home Support Programme (CHSP)
L-għanijiet ta’ dan il-programm huma li jgħinu lil dawk li jinħtieġu sapport ta’ grad baxx biex jibqgħu jgħixu b’mod indipendenti.
Jekk tkun eliġibbli għas-servizzi tal-CHSP ikollok tħallas lill-provditur tiegħek għas-servizzi li tirċievi b’rata issussidjata, jekk tkun tista’ taffordja li tagħmel hekk. Ma tinħtiegx assessar finanzjarju u hemm tariffa waħda biss għal kull servizz u m’hemmx spejjes meta ma tużahx iżjed. Il-provdituri tas-servizzi jiċċarġjaw prezzijiet differenti għas-servizzi tagħhom.
Pakketti ta’ Kura fid-Dar
Il-Pakketti ta’ Kura fid-Dar (HCP) huma għal nies bi ħtiġijiet komplessi tal-kura. Jekk tinħtieġ servizzi kontinwi ta’ sapport tista’ tkun eliġibbli għal HCP.
Jekk tkun eliġibbli għal Pakkett tal-Kura fid-Dar jista’ jkollok tħallas:
- tariffa bażika kuljum, jew
- tariffa bażika ta’ kuljum u tariffa għall-kura skont id-dħul tiegħek
- inti tista’ taċċetta li tħallas għal kura u servizzi addizzjonali li ma jkunux koperti mill-Pakket tiegħek tal-Kura fid-Dar.
Kura għal żmien qasir
Kura għal żmien qasir tipprovdi servizzi ta’ sapport għal żmien definit. Hemm tipi differenti ta’ kura għal żmien qasir li jiddependu mill-ħtiġijiet tiegħek iżda kollha jimmiraw li jgħinuk bl-attivitajiet ta’ kuljum li jagħtuk lura jew iwettqu l-indipendenza tiegħek.
Jekk tkun eliġibbli għal kura ta’ żmien qasir jista’ jkollok tħallas tariffa ta’ kuljum. Il-prezzijiet li tista’ tintalab tħallas jiddependu mit-tip ta’ kura għal żmien qasir li tirċievi.
Djar għall-kura tal-anzjani
Dar għall-kura tal-anzjani (kultant magħrufa bħala nursing home jew faċilità residenzjali għall-kura tal-anzjani) hija għall-anzjani li ma jkunux jistgħu jibqgħu jgħixu iżjed id-dar u jkunu jinħtieġu għajnuna kontinwa bl-attivitajiet ta’ kuljum jew bil-kura tas-saħħa.
Jekk tkun eliġibbli għal dar tal-kura tal-anzjani, jista’ jkollok tħallas:
- tariffa bażika ta’ kuljum jew
- tariffa bażika ta’ kuljum u ħlas tal-alloġġar, jew
- tariffa bażika ta’ kuljum u tariffa skont id-dħul għall-kura u ħlas tal-alloġġar u
- tariffa oħra tas-servizz jekk tidħol f’kamra ta’ servizzi oħra, u
- għas-servizzi addizzjonali li tkun ftehimt dwarhom mal-provditur tiegħek tal-kura ghall-anzjani
Stimaturi tat-tariffi
Tista’ tuża l-istimaturi tagħna tat-tariffi fil-websajt ta’ My Aged Care f’www.myagedcare.gov.au/fee-estimator biex jgħinuk tistma l-prezzijiet li l-provditur tal-Pakkett tal-Kura fid-Dar jew id-dar għall-kura tal-anzjani jistgħu jitolbuk biex tħallas.
Parir finanzjarju
Tista’ tkun trid tiċċekkja dwar il-finanzi tiegħek ma’ konsulent finanzjarju. Hemm ħafna servizzi u riżorsi tal-gvern disponibbli biex jgħinuk tikseb parir finanzjarju xieraq. Hija idea tajba li tagħmel ftit tat-tiftix ħalli tara liema għażliet jaħdmu l-aħjar għalik.
Diffikultajiet finanzjarji
Jekk qed tinkwieta li se jkollok diffikultà biex tħallas l-ispejjes tad-dar tal-kura tal-anzjani ikkuntattja My Aged Care għal iktar informazzjoni
Servizzi ta’ komunikazzjoni
It-Translating and Interpreting Service (TIS) huwa disponibbli jekk tinħtieġ l-għajnuna jew trid tikkomunika b’lingwa li mhix l-Ingliż.
Għal tagħrif ieħor ikkuntattja l-My Aged Care fuq 1800 200 422 (bejn 8am u 8pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa jew bejn l-10am u 2pm is-Sibtijiet). Aħna naħsbu għal interpretu biex jgħinna inwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek.
Tista’ ċċempel ukoll lit-TIS fuq 131 450. TIS ikopri iktar minn 160 lingwa u huwa disponibbli 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa bi ħlas ta’ telefonata lokali.
TIS jirranġa ma’ interpretu biex jgħinek titkellem mal- My Aged Care.