Skont -informazzjoni li tagħti fl-applikazzjoni tiegħek online jew waqt is-sejħa tiegħek lil My Aged Care, tista’ tiġi riferut għal valutazzjoni biex tifhem aħjar il-bżonnijiet ta’ appoġġ tiegħek.
Il-valutazzjonijiet isiru personalment, fid-dar tiegħek. M’għandek bżonn tmur imkien. Organizzazzjoni ta’ valutazzjoni issejjaħlek biex tikkonferma l-bżonnijiet tiegħek skont tal-informazzjoni li pprovdejt u tirranġa ħin biex tlesti l-valutazzjoni tiegħek.
Kif għandi nipprepara għall-valutazzjoni tiegħi?
Għal valutazzjoni:
- għandek il- kard al-Medicare tiegħek u forma oħra ta' prova tal-identità - bħal kard tad-Department of Veteran Affairs, liċenzja tas-sewwieq, kard tal-kura tas-saħħa, jew passaport
- għandek kopja ta' kwalunkwe riferiment mit-tabib tiegħek
- tikkunsidra jekk tixtieqx preżenti persuna ta’ appoġġ
- għandek xi informazzjoni li diġà għandek dwar is-servizzi tal-kura tal-anzjani li tista’ tkun trid tiddiskuti
- għandek dettalji ta' kuntatt għat-tabib ġenerali tiegħek (GP) jew professjonisti oħra tas-saħħa
- tikkunsidra jekk għandekx bżonn għajnuna speċjali biex tikkomunika, bħal traduttur. jew Auslan
- ikollok informazzjoni dwar kwalunkwe appoġġ li tirċievi.
X'se jiġri fil-valutazzjoni?
Qabel ma tibda, l-assessur tiegħek jistaqsi jekk taqbilx li jkollok il-valutazzjoni. Jistgħu wkoll jitolbu l-permess tiegħek biex jitkellmu ma’ nies li jappoġġjawk, bħall-familja, jew min jieħu ħsiebek.
Jista' jkun hemm formola biex timla
Jekk qed tirċievi valutazzjoni komprensiva għal xi servizzi bħal kura f’dar tal-kura tal-anzjani, kura fid-dar tiegħek, u kura flessibbli, l-assessur jistaqsik timla l-Application for Care Form [Formola ta’ Applikazzjoni għall-Kura].
L-assessur tiegħek se jitkellem iegħek dwar il-bżonnijiet tiegħek
L-assessur ikollu kopja tal-informazzjoni li pprovdejt liċ-ċentru ta’ kuntatt My Aged Care jew fl-applikazzjoni tal-valutazzjoni onlajn. Dan jagħtihom idea ta’ liema appoġġ jista’ . jkollhom bżonn biex jgħinhom mill-ġdid fil-ħajja tagħom, jew iżommu l-livell ta’ indipendenza li jkollhom bżonn biex jimmaniġġaw il-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Huma ser jistaqsu wkoll dwar:
- x'appoġġ diġà għandek, u jekk ikompli
- is-saħħa tiegħek, l-istil tal-ħajja u kwalunkwe tħassib dwar is-saħħa
- kif sejjer tlesti ħidmiet u attivitajiet ta’ kuljum madwar id-dar
- jekk għandek problemi bil-memorja tiegħek
- kwalunkwe kwistjoni relatata mas-sigurtà tad-dar u personali
- attivitajiet tal-familja u tal-komunità
- tkellem mat-tabib tiegħek (GP) jew professjonisti oħra tas-saħħa.
L-assessur tiegħek jista' jagħtik informazzjoni dwar fornituri tas-servizz li jistgħu joffru l-kura li għandek bżonn fiż-żona tiegħek. Jekk tirċievi valutazzjoni ta' appoġġ fid-dar, l-assessur tiegħek jista' wkoll jagħtik kodiċita' riferiment għas-servizzi. Jistgħu wkoll jitkellmu miegħek dwar l-ispejjeż possibbli tas-servizzi tiegħek u fejn tista' ssib aktar informazzjoni.
L-assessur tiegħek se jaħdem miegħek biex jiżviluppa l-pjan ta' appoġġ tiegħek
Il-pjan ta’ appoġġ jirreġistra dak li ddiskutejt u ftiehem waqt il-valutazzjoni tiegħek bħal:
- is-saħħiet tiegħek
- id-diffikultajiet tiegħek
- miri tiegħek
- dak li tixtieq tikseb
- liema preferenzi għandek għas-servizzi tiegħek
Il-pjan ta’ appoġġ tiegħek jistabbilixxi l-kura u s-servizzi li jgħinuk l-aħjar. Dan l-appoġġ jista’ kun disponibbli minn fornituri tas-servizz, jew jista' jkun diġà disponibbli għall-aċċess fil-komunità tiegħek. Jistgħu jkunu wkoll affarijiet li jgħinuk terġa’ tikseb il-kunfidenza u l-kapaċità li terġa’ tibda kuljum.
L-assessur tiegħek jagħtik kopja tal-pjan ta' appoġġ tiegħek
L-assessur tiegħek ser jagħtik kopja tal-pjan ta' appoġġ tiegħek. Dan jista' jiġi pprovdut fil-ħin tal-valutazzjoni tiegħek jew bil-posta jew bl-email. Tista' wkoll tara l-pjan ta' appoġġ tiegħek billi tidħol fil-Kont tiegħek fuq My Aged Care online account (Kont tal-Kura tal-Anzjani Tiegħek Onlajn).
L-assessur tiegħek jista’ jistaqsi jekk tridx li jkollok il-pjan ta’ appoġġ tiegħek disponibbli fuq My Health Record [Rekord tas-Saħħa Tiegħi]. Dan se jagħmel il-pjan ta' appoġġ tiegħek disponibbli għalik u għat-tobba tiegħek. Jekk ma tridx li dan iseħħ, jekk jogħġbok għid lill-assessur tiegħek. Tista' tibdel fehmtek meta trid billi ċċempel My Aged Care fuq 1800 200 422 u titlob li tinqasam ma’ oħrajn jew titneħħa.
Mistoqsijiet biex jistaqsu lill-assessur
Tista' wkoll tixtieq tipprepara kwalunkwe mistoqsija li għandek, pereżempju:
- Liema servizzi huma disponibbli lokalment, u x'inhuma l-ħinijiet ta' stennija?
- Liema servizzi huma disponibbli biex jgħinuni nilħaq l-għanijiet tiegħi?
- X'appoġġ hemm għal min jieħu ħsiebi?
- Hemm fornituri tas-servizz li jitkellmu bil-lingwa tiegħi jew jirrappreżentaw it-twemmin reliġjuż jew kulturali tiegħi?
- Kif nista' nikkuntattja lill-assessur jekk għandi xi mistoqsijiet wara l-valutazzjoni?
Jista’ jkolli xi ħadd miegħi?
Iva. Qatt ma m’għandek kun waħdek f'dan il-proċess. Jekk tagħżel, membru tal-familja, ħabib jew persuna li tieħu ħsiebek jistgħu jkunu miegħek waqt il-valutazzjoni tiegħek.
Jekk għandek bżonn traduttur, l-assessur tiegħek jista' jirranġa wieħed. Għidilhom i għandek bżonn traduttur meta jċemplu biex jibbukkjaw il-valutazzjoni tiegħek.
L-Older Persons Advocacy Network jista’ wkoll jgħinek u jagħtik informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek. Hemm rappreżentanti disponibbli għall-Awstraljani kollha li qed ifittxu jew jirċievu servizzi ta' kura tal-anzjani. Dan huwa servizz b'xejn.
Ċempel i National Aged Care Advocacy Line fuq 1800 700 600 (telefonata bla ħlas) jew żur il-websajt tan-Older Persons Advocacy Network.
Servizzi ta' komunikazzjoni
Is-Translating and interpreting Service [Servizz ta' Traduzzjoni u Interpretazzjoni] (TIS) huwa disponibbli jekk għandek bżonn għajnuna jew tixtieq tikkomunika b'lingwa oħra għajr l-Ingliż.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja My Aged Care fuq 1800 200 422 (mit-Tnejn sal-Ġimgħa 8am-8pm u s-Sibt 10am-2pm) u aħna norganizzaw interpretu biex jgħinna nwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek.
Tista' wkoll iċempel lil TIS fuq 131 450. TIS ikopri aktar minn 160 lingwa u huwa disponibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa bil-prezz ta' telefonata lokali.
I TIS torganizza nterpretu biex jgħinek titkellem ma' My Aged Care.
Din il-paġna ġiet aġġornata fid-9 ta' Diċembru 2024.